Konverżazzjoni mal-E.T. Il-President ta’ Malta

06 November 2020

Il-Ġimgħa ta’ Attivitajiet tal-MEUSAC bit-tema, ‘Nagħmlu l-Unjoni Ewropea iktar aċċessibbli għalik’, għalqet b’konverżazzjoni bejn il-Kap tal-MEUSAC, Mandy Falzon u l-President ta’ Malta, l-E.T. Dr George Vella.

Bit-tema, ‘Malta fl-Unjoni Ewropea u lil hinn’, il-Kap tal-MEUSAC Mandy Falzon indirizzat temi kurrenti marbuta mas-sehem ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea f’dinja globalizzata.

Fl-esperjenza vasta tiegħu, il-President ta l-veduti tiegħu dwar l-Unjoni Ewropea quddiem sfidi globali bħall-immigrazzjoni, il-klima, is-saħħa u l-problemi soċjali li jeħtieġu azzjonijiet u sforzi kollettivi mill-gvernijiet, mis-soċjetà ċivili u minn kull individwu.

F’għeluq il-laqgħa, l-E.T. qal li bħalma fil-bidu tagħha, l-Unjoni Ewropea kellha nies ta’ viżjoni, hekk illum u fil-futur tinħtieġ li tingħaqad aktar biex tiggarantixxi l-libertà, il-libertà tal-espressjoni, is-saħħa, is-sigurtà, u fuq kollox li tkun Ewropa soċjali, “li tkun qed taċċerta ruħha li l-ġid li jinħoloq, jitqassam kif għandu jitqassam. Wieħed irid joqgħod attent li ma mmorrux bl-impressjoni li l-Ewropa hi xi ġenna tal-art; il-kwistjoni tal-povertà, il-kwistjoni tat-theddida fuq il-postijiet tax-xogħol, u anki l-kwalità tal-ħajja ta’ ċert kategoriji ta’ nies hija ħafna inqas milli wieħed jixtieq jara. Nixtieq nara Ewropa soċjali li toħloq il-ġid, imma tara li dak il-ġid jitqassam b’mod ġust ħalli ħadd ma jibqa’ lura u fl-istess ħin tkun qed ittella’ lil kulħadd ’il fuq minn ċertu livell li taħtu l-ebda bniedem mhu mistenni li jgħix.

« Back

other events