Għid tiegħek dwar l-Ewropa

31 July 2018

L-Unjoni Ewropea qiegħda tiffaċċja numru ta’ sfidi importanti fosthom dawk marbuta mal-immigrazzjoni, is-sigurtà u l-Brexit. F’dan il-kuntest, l-UE27 qablu fuq qafas komuni biex jorganizzaw konsultazzjonijiet maċ-ċittadini fis-27 Stat Membru. L-għan ta’ dawn il-konsultazzjonijiet hu li jinvolvu numru sinifikanti ta’ ċittadini Ewropej, fi djalogi, dibattiti, konsultazzjonijiet onlajn, jew permezz ta’ organizzazzjonijiet rappreżentattivi, biex jiġu identifikati t-tħassib, it-tamiet u l-aspettattivi taċ-ċittadini Ewropej.

Dak li joħroġ mill-konsultazzjonijiet maċ-ċittadini se jservi fid-diskussjonijiet bejn il-Kapijiet ta’ Stat u Gvern, u jgħinhom jidentifikaw il-prijoritajiet għal azzjoni fis-snin li ġejjin. Il-konsultazzjjonijiet huma maħsuba wkoll biex b’mod konsultattiv, jiġu identifikati l-ideat u l-prijoritajiet politiċi għall-azzjoni fuq livell Ewroprew.

Bħala entità responsabbli li torganizza l-konsultazzjonijiet maċ-ċittadini f’Malta, il-MEUSAC se jkun qiegħed jorganizza numru ta’ attivitajiet f’Malta u f’Għawdex fix-xhur li ġejjin. Bit-tema, ‘Għid tiegħek dwar l-Ewropa’, dawn l-attivitajiet se jkunu parti minn proċess wiesa’ ta’ konsultazzjoni pubblika dwar temi marbuta mal-Futur tal-Ewropa bħall-innovazzjoni, l-immigrazzjoni, l-aġenda soċjali u l-Politika Agrikola Komuni, fost l-oħrajn.

It-tnedija tal-Konsultazzjonijiet maċ-Ċittadini f’Malta se ssir nhar it-Tlieta, 31 ta’ Lulju 2018 fil-Berġa ta’ Aragona, Pjazza Indipendenza, il-Belt Valletta, fi djalogu maċ-ċittadini u tibda bir-reġistrazzjoni fl-10.00 a.m.

Fl-attività, li se titmexxa minn Dr Vanni Xuereb, Kap tal-MEUSAC, se tieħu sehem Madame Nathalie Loiseau – Ministru għall-Affarijiet Ewropej tar-Repubblika Franċiża, Dr Helena Dalli – Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza, Dr Aaron Farrugia – Segretarju Parlamentari għall-Fondi Ewropej u Djalogu Soċjali, Dr Alfred Sant – MPE (S&D), Dr Francis Zammit Dimech – MPE (EPP), u Dr Elena Grech – Kap tar-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta.

L-attività ssir bil-Malti, bit-traduzzjonijiet simultanji għall-Malti, l-Ingliż u l-Franċiż.

Wara l-attività jsir riċeviment żgħir.

Agħfas hawn biex tirreġistra għal dan l-avveniment jew ibgħat email fuq info.meusac@gov.mt.

Click here for the English version.

« Back

other events