‘Il-bniedem għax-xogħol? Jew ix-xogħol għall-bniedem?’

Artiklu ppubblikat fuq Voice of the Workers Weekly – 06.11.2020

Din hija t-tema ta’ diskussjoni pubblika onlajn organizzata mill-MEUSAC u Europe Direct Valletta li se ssir  fit-18 ta’ Novembru 2020 bejn is-2pm u t-3pm. Id-diskussjoni hija t-tielet minn serje ta’ erbgħa, li qed isiru kull nhar ta’ Erbgħa f’Novembru b’temi differenti dwar temi kurrenti għall-Unjoni Ewropea.

Fl-aħħar deċennju, il-qasam tax-xogħol fl-Unjoni Ewropea nbidel b’diversi modi, b’effetti tajbin u ħżiena fuq il-ħaddiema u fuq min iħaddem. Din id-diskussjoni tiffoka fuq dawn l-iżviluppi fil-qasam tax-xogħol fis-soċjetà Ewropea, anki fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Pilastru Ewropew tad-Drittijiet Soċjali.

Fost it-temi li se jkunu ttrattati fid-diskussjoni ma jonqsux il-moviment ħieles tal-ħaddiema, forom ġodda ta’ impjiegi, id-Direttiva dwar il-Bilanċ bejn ix-Xogħol u l-Ħajja Privata, inkluż d-id-dritt li tinqata’ mix-xogħol fil-ħajja privata (Right to Disconnect), paga ndaqs għal xogħol tal-istess valur, il-gender pay gap, ir-rappreżentanza tan-nisa f’pożizzjonijiet ta’ tmexxija, u x-xogħol remot.

L-aħħar diskussjoni minn din is-sensiela se ssir l-Erbgħa 25 ta’ Novembru bejn is-2pm u t-3pm u se tittratta l-aġenda soċjali tal-Unjoni Ewropea.

Tista’ ssegwi d-diskussjonijiet mill-paġna Facebook tal-MEUSAC jew irreġistra biex tipparteċipa onlajn u tgħid tiegħek dwar is-suġġett.

 

« Back