Diskussi l-prijoritajiet tal-Presidenza Ġermaniża tal-Kunsill tal-UE

Il-Ministru Carmelo Abela iltaqa’ mal-Ambaxxatur tal-Ġermanja f’Malta l-E.T. Walter Haßmann fejn flimkien ma’ uffiċjali għolja mill-MEUSAC, tkellmu dwar il-prijoritajiet tal-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea li bħalissa hija immexxija mill-Ġermanja.

F’din il-laqgħa tkellmu wkoll fuq il-ħidma tal-MEUSAC li tippromwovi djalogu dwar il-valuri u l-ħidma li tkun għaddejja fuq livell Ewropew.

« Back