L-Ewropa fil-pala ta’ jdejk

Artiklu miktub mill-MEUSAC u ppubblikat fuq tvm.com.mt – 03.04.19

Jekk xi ħadd jistaqsik x’inhi u x’tagħmel l-Unjoni Ewropea jistgħu jiġuk ħafna affarijiet f’moħħok, imma tirrealizza kemm tista’ tkun taf aktar.

L-għodda interattiva onlajn ‘X’tagħmel l-Unjoni Ewropea Għalija’ (https://www.what-europe-does-for-me.eu/mt/home) toffrilek mijiet ta’ noti qosra, b’eżempji ta’ modi differenti ta’ kif l-UE tagħmel differenza fil-ħajja tagħna.

Fiha tista’ ssib informazzjoni speċifika, f’400 nota dwar suġġetti differenti u dwar kif l-UE tolqtok fihom bħall-familja, is-saħħa, il-passatempi, l-ivvjaġġar, is-sigurtà, il-konsumaturi u d-drittijiet soċjali, fost l-oħrajn.

Issib ukoll kif l-UE taffettwa n-nies fil-ħajja professjonali, fosthom dawk li jrabbu n-naħal, dawk li jsuqu tal-linja u dawk li jagħmlu l-birra. U x’għamlet l-UE għal dawk li jipprattikaw l-isport u l-mużika, jew jaraw it-televiżjoni.

L-aħħar u mhux l-inqas, l-‘App taċ-Ċittadini’ tiffoka fuq oqsma differenti ta’ politika bħall-migrazzjoni, is-sigurtà, iż-żgħażagħ u anki l-futur tal-UE.

Din l-għodda tista’ tniżżilha wkoll bil-Malti fuq il-mobile mill-App Store jew Google Play.

« Back