L-Ewropa fuq ir-Roti

 

   

‘L-Ewropa fuq ir-Roti’ kien l-isem ta' proġett konġunt bejn il-Ministeru għad-Djalogu Soċjali, Affarijiet tal-Konsumatur u Libertajiet Ċivili, il-MEUSAC u d-Dipartiment tal-Informazzjoni (DOI) bil-għan li titwassal aktar informazzjoni dwar l-investiment li sar bil-fondi Ewropej fil-gżejjer Maltin bejn l-2007 u l-2013.

 

F'din l-inizjattiva, ġew organizzati diversi żjarat bil-coaches fi proġetti kofinanzjati mill-Unjoni Ewropea sabiex il-pubbliku jsir iktar konxju ta’ fejn u kif intefqu l-fondi tal-UE.

 

B’kollox saru aktar minn 200 żjara li fihom ipparteċipaw iktar minn 10,000 persuna.



Ritratti