Lejn pensjonijiet adekwati fl-UE

Artiklu ppubblikat fuq Voice of the Workers Weekly – 22.05.18

Rapport li kien pubblikat dan  l-aħħar b’mod konġunt, mill-Kumitat għall-Protezzjoni Soċjali u l-Kummissjoni Ewropea, dwar l-adekwatezza tal-pensjoni, janalizza kif pensjonijiet sostenibbli jistgħu jipprevjenu l-faqar fl-eta’ tal-irtirar.  Flimkien ma’ wieħed mill-prinċipji tal-Pilastru Ewropew dwar id-Drittijiet Soċjali, l-istati membri qed iżidu l-isforzi tagħhom sabiex jassiguraw l-ogħla livell ta’ ħarsien soċjali, inkluż l-adekwatezza tal-pensjoni, permezz tal-iffaċilitar ta’ tagħlim u skambji konġunti tal-aħjar prattiċi.

Meta wieħed iqabbel dak li seħħ 10 snin ilu, jinnota li hemm inqas anzjani Ewropej f’riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali li jiżdied bl-eta’. Aktar min-nofs ta’ persuni anzjani f’riskju tal-faqar jew l-esklużjoni soċjali fl-UE għandhom 75 sena jew aktar. Dan minħabba  l-fatt li filwaqt li l-ħtiġiet jiżdiedu mal-eta’, il-valur tal-pensjonijiet jonqos matul l-eta’ tal-irtirar. Dan hu għaliex is-sostenn ta’ pensjonijiet adekwati f’soċjetajiet li qed jixjieħu hu kruċjali għat-tkabbir ekonomiku, hekk kif il-pensjonijiet huma s-sors prinċipali tad-dħul għal anzjani Ewropej, u element importanti tal-ispiża pubblika.

Ir-rapport jaddotta serje ta’ inizjattivi kumplimentari li, miġburin flimkien, jipprovdu evalwazzjoni tar-riformi preżenti dwar  il-pensjonijiet madwar l-UE.

« Back

Leave a Reply

XHTML: You can use these tags: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <s> <strike> <strong>