Iċċelebrat Jum l-Ewropa 2018

Jum l-Ewropa 2018 ġie ċċelebrat fil-Belt Valletta b’attività organizzata mill-MEUSAC fejn numru ta’ aġenziji Ewropej għaddew informazzjoni lin-nies deħlin fil-kapitali Maltija dwar id-drittijiet Ewropej, is-servizzi offruti liċ-ċittadini, dwar il-fondi Ewropej kif ukoll opportunitajiet ta’ xogħol fl-Unjoni Ewropea, fost affarijiet oħrajn.

“Dan huwa jum li fih niċċelebraw l-għaqda Ewropea, ix-xogħol, l-ugwaljanza, il-prosperità u dak kollu li jmexxina ‘l quddiem f’Ewropa magħquda”, qalet il-Ministru għall-Affarijiet Ewropej u l-Ugwaljanza Helena Dalli.

Il-Ministru Dalli tkellmet mal-parteċipanti dwar l-isfidi li qed taffaċċja l-Unjoni Ewropea, madankollu rrimarkat li dawn jistgħu jingħelbu billi l-istituzzjonijiet ikollhom iktar djalogu maċ-ċittadini Ewropej — kif sar mill-MEUSAC permezz ta’ din l-attività.

“Waħda mill-isfidi li għandha l-Ewropa hija n-nuqqas ta’ konnessjoni bejn iċ-ċittadini u l-Unjoni Ewropea. Għalhekk huwa importanti li nħarsu lejna nfusna u nistaqsu għalfejn qed jiġri dan. It-tweġibiet jiġu mingħand iċ-ċittadini għaliex l-Unjoni Ewropea hija realtà tan-nies”.

Il-Ministru Helena Dalli tkellmet dwar id-diskussjonijiet li għaddejjin bejn l-istati membri dwar il-qafas finanzjarju multi-annwali u saħqet li ċ-ċittadini għandhom ikunu involuti fid-diskussjoni għaliex ir-riżultat se jaffettwa l-ħajja ta’ kuljum ta’ kulħadd.

Il-kummenti tal-Ministru Helena Dalli jinsabu hawn.

Spread the love
« Back

Leave a Reply

XHTML: You can use these tags: <a href="" title=""> <abbr title=""> <acronym title=""> <b> <blockquote cite=""> <cite> <code> <del datetime=""> <em> <i> <q cite=""> <s> <strike> <strong>